Joseph Muscat għadu ma jistax jifhem li min itappan ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna b’għemilu huwa min jagħmel il-ħsara lil pajjiżna. Malta dejjem kellha reputazzjoni tajba ħafna sakemm il-Gvern Soċjalista immexxi minn Joseph Muscat tappnilna r-reputazzjoni tant li qed jiġbed fuqu il-kritika ħarxa ta’ bosta istituzzjonijiet internazzjonali u Ewropej.
Is-Sibt li ġej, il-poplu Malti u Għawdxi għandu quddiem iċ-ċans li jwassal il-messaġġ lill-Gvern Soċjalista li ma jridx li r-reputazzjoni ta’ pajjiżna tibqa’ titkisser u li ma jridx taxxa komuni kif iridu jimponulna s-Soċjalisti Ewropej, li bħat-tnaqqir tar-reputazzjoni hija ta’ detriment għall-impjieg u l-investiment.
//= $special ?>