Lokali

“Id-dover tiegħi hu li niddefendi lill-Maltin” – David Casa

“Id-dover tiegħi hu li niddefendi liċ-ċittadini ta’ Malta u Għawdex li eleġġewni. F’pajjiżna… għandna sitwazzjoni fejn l-istituzzjonijiet huma maħtufa mill-Gvern biex flok jiddefendu liċ-ċittadini tagħna qegħdin hemm biex jiddefendu lin-nies ta’ Kastilja.” 

Sostna dan l-MEP u kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew David Casa meta indirizza attivita’ socjali. Huwa tkellem dwar il-liġi tal-Work Life Balance li tinkludi direttivi favur il-famiji Maltin fosthom il-ligi li permezz taghha il-missirijiet se jingħataw għaxart ijem leave mat-twelid tat-tarbija tagħhom.

Meta indirizza din l-istess attivita’….il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sostna li jekk hawn persuna li minn dejjem kien jemmen fl-Ewropa …dan huwa David Casa; politiku li emmen fl-abbiltà li pajjiżna jinfluwenza fl-Ewropa. “Dħalna fl-Unjoni Ewropa għax deherilna li l-Unjoni tagħtik iktar garanzija ħalli meta jkollna Gvernijiet li jaħtfu l-istituzzjonijiet ikun hemm min jissanzjona lill-Gvern u jgħid x’qed jagħmel ħażin”, sostna l-Kap tal-PN.

Adrian Delia saħaq li l-liġi tal-work life balance li tant ħadem għaliha David Casar qed iġġib bilanċ neċessarju bejn ix-xogħol u l-ħajja biex finalment ikollna soċjetà li jimpurtaha. Indirizzaw din l-attività anke l-Eks Ministru Louis Galea u l-MEP u Kandidati għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.