Kunsilli Lokali Lokali

FILMAT: Il-Kunsill tas-Siġġiewi ġab ir-riżultati

Il-Kunsill Lokali tas-Siggiewi huwa kunsill bi tmexxija tajba u li ġab riżultati pożittivi fis-Siġġiewi. Qal dan is-Segretarju Generali Clyde Puli waqt laqgħa li saret ftit tal-jiem ilu fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista, fi Pjazza San Nikola fis-Siġġiewi.

Hu qal li l-Partit Nazzjonalista dejjem stinka fis-Siggiewi biex ħares l-ambjent u investa fis-Siġġiewi. Ħeggeg lill-pubbliku tas-Siġġiewi biex jivvota lill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista, nhar is-Sibt li ġej.

Alex Abela, il-kandidat ġdid għas-Siġġiewi qal li hu qed jaħdem biex il-PN jibqa’ jmexxi ir-raħal sabiħ tas-Siġġiewi.

Il-Viċi Sindku Julian Borg elenka l-esperjenzi, il-ħidma u r-riżultati tal-Kunsill Lokali matul din l-leġiżlatura.

Il-kandidata Francine Farrugia tkellmet dwar l-irwol importanti taż-żgħazagħ fil-Kunsill Lokali.

Il-Kunsilliera Gillian Farrugia Pace elenkat l-ħidma tagħha fil-Kunsill Lokali fil-qasam tal-anzjani u l-edukazzjoni.

Il-kandidat ġdid, Joseph Grima Delia tkellem dwar diversi oqsma li determinat jaħdem fihom fosthom sfidi ambjentali u aċċessibbiltà.

Is-Sindku tas-Siġġiewi, Alessia Psaila Zammit qalet li fl-ahhar xahrejn il-Kunsill Lokali se jkun ġab miljun u mitejn elf ta’ fondi għal 10 proġetti li jridu jitwettqu fl-ewwel sentejn tal-leġiżlatura li jmiss. Hi qalet li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi mmexxi mill-Partit Nazzjonalista huwa Kunsill li jaħdem u għalhekk ħeġġet biex is-Siġġiwin joħorgu jivvutaw u jivvutaw għall-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista.

Preżenti kien hemm ukoll l-Eks Speaker u Eks Ministru, Louis Galea li tkellem dwar l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi, matul is-snin. Hu ħeġġeġ lis-Siġġiwin jagħmlu għazliet għaqlija u jivvutaw lill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista. Enfasizza li jidher biċ-ċar li l-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta tim ta’ kandidati kapaci, b’esperjenza u b’enerġija li żgur tissarraf f’aktar riżultati. 

Id-deputati Ryan Callus u Therese Comodini Cachia faħħru l-ħidma tal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi u ħeġġew lis-Siġġiwin jivvutaw lill-kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista.