Formula 1 Sport

Imut il-leġġenda tal-F1 Niki Lauda

Id-dinja tal-Formula Wieħed tinsab f’luttu, hekk kif tħabbret il-mewt tal-leġġendarju Niki Lauda – Champion tad-Dinja għal tliet darbiet u l-uniku li rebaħ l-unur tas-Sewwieqa ma’ żewġ timijiet differenti.

Il-mewt tal-Awstrijak, ta’ 70 sena, tħabbret mill-membri tal-familja tiegħu stess. Hu miet ilbieraħ, anqas minn sena minn operazzjoni delikata ta’ transplant fil-pulmun.

Fi stqarrija, il-familja qalet li Niki se jibqa’ mfakkar f’moħħ u qalb kulħadd bħala mudell ta’ min jammira u li wieħed iħares lejh fl-isfidi tal-ħajja.