Fl-aħħar sigħat, il-President tal-KNŻ, Sean Ellul, irreżenja minħabba raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mas-sitwazzjoni medika tiegħu.
Fi stqarrija li tefa’ fuq Facebook, Ellul qal illi l-irwol ta’ President huwa impjenattiv, u li t-tmexxija tiegħu fil-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kienet qed titfa’ pressjoni fuq il-kundizzjoni medika tiegħu.
F’postu, ġiet eletta Chiara Vassallo bħala l-President il-ġdid tal-KNŻ, li qabel kienet tokkupa l-irwol ta’ Segretarju Ġenerali fl-istess Kunsill.
//= $special ?>