Hija responsabbiltà li fil-25 ta’ Mejju kulħadd joħroġ jivvota għax din hija elezzjoni importanti.
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia meta t-Tnejn indirizza lill-attivisti Slimizi fil-kazin tal-PN f’Tas-Sliema.
Adrian Delia saħaq li bil-kontra tal-Partit Laburista, il-kandidati tal-PN ghall-Parlament Ewropew se jaħdmu tassew għal Maltin u l-Għawdxin. Dan bil-kontra ta’ Muscat li jrid jaħtaf kulma jsib taħt idu, b’mod speċjali l-vot taċ-ċittadini …kif juru l-billboards il-ġodda tal-Partit Laburista.
Adrian Delia qal li s-Sibt li ġej il-poplu se jkun jista’ jneħħi attitudni tal-Gvern li jrid ikompli jaħtaf kulma jsib. Saħaq li min ma jivvotax ikun qed jaghzel favur il-ħażin li qed jagħmel il-Gvern Socjalista Malti.
Preżenti ghal din l-attivita socjali kien hemm ukoll il-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo, il-Membri Parlamentari Ewropew u kandidati David Casa u Francis Zammit Dimech, u l-membru parlamentari Simon Busuttil, fost diversi deputati tal-Partit u kunsilliera tal-lokalità.
//= $special ?>