Lokali

L-eye drops ‘Xalatan’ ilhom ġimgħat ‘out of stock’

Persuni li fl-aħħar ġimgħat ippruvaw jakkwistaw l-eye drops tad-ditta Xalatan ġew infurmati li dawn jinsabu out of stock.

Net News kien ikkuntattjat minn numru ta’ persuni li kienu jieħdu dan it-taqtir mis-sistema tal-Pharmacy of your Choice (POYC) li issa spiċċaw mingħajrhom.

Dan it-taqtir jintuża b’mod speċjali minn persuni li jbatu mill-glaucoma, kundizzjoni komuni li minħabba pressjoni fuq ġewwa tal-għajn twassal għal ħsara fin-nerv.

Dawk li jagħmlu użu minn dan it-taqtir iridu jagħmlu dan ta’ kuljum, u għalhekk in-nuqqas tiegħu qed jikkawża mhux biss problema imma fuq kollox riskju fuq il-pazjenti.