Il-midfielder ta’ Arsenal Henrikh Mkhitaryan se jitlef il-finali tal-UEFA Europa League kontra Chelsea waqt li għażel li ma jivvjaġġax mat-tim lejn Baku. Fl-aħħar jiem kien hemm dubji jekk l-Armen hux se jkun disponibbli minħabba r-relazzjoni diplomatiċi ħżiena bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan.
Minkejja li l-Ambaxxatur tar-Renju Unit aċċerta lill-midfielder dwar is-sigurtà, Mkhitaryan ħa d-deċiżjoni personali li ma jkunx mat-tim wara diskussjoni mal-familja tiegħu. Il-manager ta’ Arsenal Unai Emery ikkonferma li d-deċiżjoni hi personali ħafna għalih. “Hu jrid jilgħab biex jgħin lilna, imma tkellem mal-familja hu ddeċieda li ma jmurx. Ma nifhimx il-problemi politiċi imma rrid nirrispetta d-deċiżjoni tiegħu.”
Arsenal huma diżappuntati bis-sitwazzjoni u kitbu lill-UEFA biex jesprimu t-tħassib tagħhom. Il-UEFA qalet li l-ogħla awtoritajiet assiguraw is-sigurtà tal-plejers fl-Ażerbajġan u li kien hemm pjan għas-sigurtà u ngħata lill-klabb. Arsenal ukoll qalu li jikkonfermaw id-deċiżjoni ta’ Mkhitaryan li ma jkunx mal-iskwadra.
//= $special ?>