Lokali

Isofri ġrieħi serji wara li tilef il-bilanċ u waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Raġel barrani, li l-identità tiegħu għadħa mhux stabbilita, qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-bilanċ u waqa’ mal-art f’sit ta’ kostruzzjoni.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ dalgħodu, bil-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa s-sit fi Triq l-Imdina Ħal Qormi.

Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tieħu l-vittma l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Charmaine Galea li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. Intant, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.