“Jekk il-Maltin u l-Għawdxin javdawni bil-vot tagħhom qed nintrabat li nibqa’ vicin in-nies – nibqa’ mmur house visits, fost in-nies u nisma’ l-problemi tagħhom.”
Dan sostnih il-kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Frank Psala li wiegħed il-lealtà tiegħu lejn il-poplu Malti u Għawdxi la darba jingħata l-fiduċja biex jirrapreżenta lill-poplu fuq bażi Ewropea.
Frank Psaila saħaq li mhux beħsiebu jieqaf u se jxammar il-kmiem biex jirrapreżenta lin-nies bl-aħjar mod.
Waqt li kien qed jindirizza attivita’ socjali tard it-Tnejn filghaxija, Frank Psaila tenna l-importanza li politiku jisma’ l-probemi ta’ kull persuna.

Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li Frank Psaila ta kollox għal pajjiżna f’dan il-mument mill-iktar importanti. Hu qal li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jinżel man-nies biex jisma’ dwar dak kollu li qiegħdin ibatu minnu, kif fil-fatt għamel Frank Psaila.
Fil-messaġġ li għadda f’din l-attivita’ l-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-kampanja negattiva tas-Soċjalisti f’Malta, u insista li mill-bidu sa tmiem Muscat irid li kollox idur miegħu.
L-attivita’ kienet indirizzata wkoll mill-Viċi kapijiet tal-PN Robert Arrigo u David Agius, kif ukoll mis-Sindku tas-Siġġiewi Alessia Psaila Zammit.
