Caster Semenya se tikkompeti fit-30 ta’ Ġunju fit-tellieqa ta’ 3,000 metru fid-Diamond League Prefontaine Classic, f’distanza li tista’ tikkompeti fiha mingħajr ma jkollha għalfejn tbaxxi l-livell ta’ testosterone. Taħt ir-regoli l-ġodda tal-IAAF, id-darbtejn rebbieħa Olimpika tat-800 metru tista’ tikkompeti f’avvenimenti mill-400 metru sa mil billi jieħu l-medikazzjoni. Semenya li għandha 28 sena, qalet li mhux se tieħu medikazzjoni biex tkun konformi mar-regoli.
Din se tkun l-ewwel tellieqa tagħha minn meta r-regoli daħlu fis-seħħ fit-8 ta’ Mejju. Nisa b’livell ogħla ta’ ormoni minn dak normali tal-irġiel, iridu jnaqqsu l-ammont ta’ testosterone f’ġisimhom biex jitħallew jikkompetu fi tlielaq bejn l-400 metru u l-mil. Semenya rebħet it-tellieqa tat-800 metru fil-Laqgħa tad-Diamond League f’Doha fit-3 ta’ Mejju. Din kienet l-ewwel tellieqa minn meta tilfet l-appell kontra l-bidla kontroversjali mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport. Wara din id-deċiżjoni, Semenya qalet li l-IAAF dejjem kellhom lilha fil-mira tagħhom.
Semenya mhux se tkun fost il-favoriti hekk kif f’din it-tellieqa mistennija jieħdu sehem iċ-champion tad-dinja tal-5,000 metru Hellen Obiri, ir-rebbieħa tal-1,500 metru tad-dinja indoor Sifan Hassan u r-rebbieħa tas-sena l-oħra tal-1,500 metru u t-3,000 metru tad-dinja indoor Genzebe Dibaba.
//= $special ?>