Lokali

Tlieta jweġġgħu wara li waqa’ fuqhom arblu tal-bnadar fuq bejt fil-Fgura

Anzjan ta’ 77 sena u żewġt irġiel oħra, ta’ 49 u 41 sena, sofrew xi ġrieħi wara li arblu li kienu qed iniżżlu minn fuq bejt ta’ residenza, waqa’ fuqhom.

L-inċident seħħ fi Triq Mahatma Gandhi, fil-Fgura, meta l-irġiel kienu fuq il-bejt tar-residenza tagħhom. Għal xi raġuni, l-arblu tal-bnadar niżel fuqhom.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittmi l-Isptar Mater Dei għall-kura. L-irġiel ta’ 49 u 41 sena nstab li qed isofru minn ġrieħi gravi waqt li l-anzjan sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.