Malta għamlitha spiċċat fl-14-il post wara li fi stqarrija kelliema għall-EBU ħabbru li l-ġurija tal-Belarus ġiet skwalifikata hekk kif żvelaw il-voti tagħhom għall-ewwel semi finali kuntrarju għar-regoli tal-Eurovision Song Contest.
Huma saħqu wkoll li kawża ta’ żball uman ir-riżultat finali ma kienx wieħed korrett. Filwaqt li insistew li dan ma kellu l-ebda effett fuq il-punti ta’ dawk li spiċċaw fl-ewwel erba’ pożizzjonijiet, huma kkoreġew il-bqija tal-pożizzjonijiet bil-punti korretti tal-ġurija.
Dan huwa ir-riżultat uffiċjali:
- Olanda (498 punt)
- Italja (472 punt)
- Russja (370 punt)
- Żvizzera (364 punt)
- Żvezja (334 punt)
- Norveġja (331 punt)
- Maċedonja ta’ Fuq (305 punt)
- Ażerbaijan (302 punt)
- Awstralja (284 punt)
- Iżlanda (232 punt)
- Repubblika Ċeka (157 punt)
- Danimarka (120 punt)
- Ċipru (109 punt )
- Malta (107 punt)
- Slovenja (105 punt)
- Franza (105 punt)
- Albanija (90 punt)
- Serbja (89 punt)
- San Marino (77 punt)
- Estonja (76 punt)
- Greċja(74 punt)
- Spanja (54 punt)
- Iżrael(35 punt)
- Belarus (31 punt)
- Ġermanja(24 punt)
- Renju Unit (11 punt)