Ġuvni ta 17-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar tliet sulari.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-għaxra fi Triq il-Ħafur, Ħ’Attard. Minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li l-ġuvni, li hu minn Ħal Qormi, waqa’ madwar tliet sulari waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħlijiet f’sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ġuvni l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Natasha Galea Sciberras li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

