Lewis Hamilton kien skużat minn attivitajiet tal-media bi preparazzjoni għall-Grand Prix ta’ Monaco wara l-mewt ta’ Niki Lauda li kien ukoll chairman mhux eżekuttiv ta’ Mercedes. Iċ-champions tad-dinja kitbu lill-FIA biex Hamilton ikun skużat u kien mibdul minn Valtteri Bottas. Is-sewwieqa ta’ Ferrari kienu wkoll skużati meta miet il-President tal-kumpanija Sergio Marchionne f’Lulju li għadda.
Hamilton kiteb fuq il-media soċjali messaġġ emozzjonali lejn Lauda, li kien viċin tiegħu minn meta l-Britanniku ngħaqad ma’ Mercedes fl-2013. Lauda miet fl-età ta’ 70 sena, bil-Formula 1 mistennija ssellem il-memorja tal-Awstrijak fi tmiem il-ġimgħa fil-Grand Prix ta’ Monaco. Hamilton bħal Lauda rebaħ darbtejn il-Grand Prix ta’ Monaco.
//= $special ?>