Futbol Sport

Il-Ħadd li ġej isir it-tielet rawnd tal-kampjonat tal-Hillclimb

Fi tmiem il-ġimgħa jsir it-tielet rawnd tal-kampjonat Enemed Hillclimb li qed ikun organizzat mill-Island Car Club. Dan ir-rawnd se jsir il-Ħadd li ġej fit-telgħa lejn ix-Xagħra Għawdex. It-tlielaq għandhom jibdew fid-9.00am.

L-ewwel rawnd sar il-Ħadd 10 ta’ Marzu fil-Ġnejna filwaqt li t-tieni rawnd sar il-Ħadd 14 ta’ April fl-Imtaħleb. Is-sewwieq Fabio Baldacchino b’sapport minn Tony’s Bar rebaħ l-ewwel żewġ rawnds. Fit-tieni rawnd hu kien segwit minn Mark Micallef bis-sapport ta’ Avon Tyres u Mauro Portelli bl-appoġġ ta’ Sullivan Maritime.