Lokali

Il-kampanja tal-PN tintemm b’rally quddiem id-Dar Ċentrali

Il-kampanja elettorali għall-MEPs u l-Kunsilli Lokali tiġi fi tmiemha għada filgħaxija, b’dawk li għadhom ma ġabrux il-vot tagħhom għandhom ċans sal-Ħamis f’nofs il-lejl biex jiġbru d-dokument li bih ikunu jistgħu jivvutaw – wieħed tal-Kunsilli u ieħor tal-Parlament Ewropew.

Il-kampanja elettorali tal-PN tagħlaq b’Rally li se jsir għada filgħaxija quddiem id-Dar Ċentrali. Dan ir-Rally se jkun indirizzat mill-Kap tal-PN Adrian Delia.

Wara, Net TV u Net FM jibqgħu għaddejjin b’xandiriet live, intervisti u informazzjoni mill-Uffiċċju Elcom sal-ħin ta’ nofs il-lejl. Dan il-programm speċjali se jkun preżentat minn Amy Borg u Sergio Mallia.