Il-kwistjoni kontroversjali tad-demmiela, il-mod kif ix-Xlendi tħalla bla vuċi u x-xogħol imprezzabbli li sar mil-kunsill tal-Fontana kineu t-temi li tkellem dwarhom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt żjara li għamel it-Tlieta fil-gżira tat-tliet għoljiet.
Hu semma kif li kieku ma kienx għaż-żewġ kunsilliera Nazzjonalisti fi ħdan il-kunsill tal-Munxar, kieku l-Gvern kien jibqa għaddej bid-Demmiela u qal li saħansitra l-Partit Laburista naqas li jsemmi dan fil-manifest elettorali għall-elezzjonijiet li ġejjin.
Hu qal li Kunsill Nazzjonalista fil-Munxar jara li jitkompla l-proġett tal-pjazza mibdi mill-aħħar kunsill li kien immexxi minn maġġoranza Nazzjonalista u li tħalla nofs leħja mill-kunsill preżenti.
Adrian Delia qal li x-Xlendi spiċċa bla vuċi meta l-Gvern iddeċieda li jnehhi l-hamlets. Hu saħaq li din il-lokalità għandha jkollha leħen permezz tal-kumitat taghha, sabiex ikunu mħarsa l-intressi tar-residenti u tal-lokalità pittoreska.
Intant fi żjara li għamel fir-raħal tal-Fontana, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista faħħar ix-xogħol kbir li sar mill-kunsill preżenti, fejn saru ġonna, playing fields, u saħansitra proġett ta’ solar panels li minnhom jieħu l-enerġija l-kunsill lokali. Hu faħħar il-mod kif dan il-kunsill irnexxielu jieħu vantaġġ minn fondi tal-Unjoni Ewropea.
Adrian Delia awgura li dan ix-xogħol tajjeb mill-kunsill tal-Fontana jiġi ppremjat bil-fiduċja tar-residenti biex b’hekk ikompli x-xogħol fejjied ta’ dan il-kunsill.
Flimkien ma’ Adrian Delia, fiż-żjarat f’dawn il-lokalitajiet kien hemm preżenti l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjionijiet tal-Kunsilli Lokali u tal-Parlament Ewropew.
//= $special ?>