Minkejja l-kliem ta’ Joseph Muscat li ftit tal-jiem ilu f’mossa politika tella’ tfajla ta’ kulur titkellem fuq il-podium f’attività politika, fejn stqarr li qed tinbidel il-mentalità dwar l-immigranti, NGOs li tkellmu mal-ġurnal Times of Malta qalu li ma teżisti ebda evidenza kien hemm xi tibdil reali dwar dan.
Neil Falzon, Direttur tal-Aditus qal li minkejja li kien hemm kundanni mill-pubbliku fil-jiem ta’ meta seħħ il-qtil ta’ Lassana Cisse, għadu ma nbidel xejn f’dawk li huma kummenti dispreġġjattivi lejn immigranti u saħansitra kummenti koroh ferm dwar il-qtil inniffsu.
Hu kkundanna l-attitudni tal-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu li baqa’ lura milli jammetti li dan kien qtil b’mottiv purament razzista. Dan ukoll jikkontribbwixxi għal ħsibijiet razzisti.
Tkellmet ukoll Claudia Taylor East f’isem SOS Malta li qalet li kien ftit wisq ix-xogħol li sar f’dan il-qasam u li għad irid isir ferm aktar.
Hi qalet li m’għandux iseħħ qtil biex nibdew nitkellmu b’serjetà dwar ir-razziżmu.
//= $special ?>