Lokali

Lil Alfred Sant jaqtgħulu saqajh

Hekk kif il-kampanja elettorali waslet fi tmiemha il-Partit Soċjalista ma setax jagħlaq b’mod iżjed spettakolari biex juri l-firda li għandu bejn il-kandidati tiegħu. F’billboard li tela’ l-Partit Laburista qata’ saqajn l-eks mexxej Laburista Alfred Sant biex dak li ilhom jagħmlu tul il-kampanja kollha billi jappoġġjaw lill-kandidat rivali tiegħu Miriam Dalli.

Lil Alfred Sant il-Partit Laburista qatagħlu saqajh meta bagħtu lil Miriam Dalli fuq Xarabank ma’ Chris Fearne. Lil Alfred Sant il-Labour qatagħlu saqajh meta waqt Xarabank ieħor ħalla l-partitarji Laburisti jitilqu malli beda jitkellem Sant. Issa l-Partit Laburista qata’ saqajn Alfred Sant litteralment għax fil-billboard ħassrulu saqajh biex jidher qisu ruħ fil-purgatorju.