Sport Sport Ieħor

Massimo Cremona jirbaħ in-knock-out fil-kategorija tal-veterani

Il-Ħadd li għadda l-Malta Table Football Sports Association organizzat it-tieni l-akbar kompetizzjoni nazzjonali fejn issir il-kompetizzjoni knock-out u tal-kategoriji. Samuel Bartolo rebaħ in-knock-out b’rebħa ta’ 2-0 kontra John Zammit fil-finali wara li kienu eliminaw lil Mario Camilleri u Jean Tabone.

Il-kategorija tal-veterani ġiet mirbuħa minn Massimo Cremona li rebaħ 2-1 fil-finali kontra Charlie Aquilina. Is-semifinalisti kienu Jason Pisani u Mario Camilleri. Ir-rebbieħa kkwalifikaw awtomatikament biex jirrappreżentaw lil Malta fit-Tazza tal-Ewropa, li din is-sena se tintlagħab f’Ġunju fil-Belġju.