“Huwa ċar għaliex il-Prim Ministru ħarab mid-dibattitu ta’ Xarabank. Adrian Delia dejjem ikun aħjar f’dawn id-dibattiti. Issa, lestu ruħkom li illejla Muscat joħroġ b’xi allegazzjoni u jwaddab it-tajn bi skop ċar biex il-Kap tal-PN ma jkollux ċans iwieġeb”.
Hekk stqarr l-ambjentalista Marco Cremona f’kumment li ħalla fuq Facebook kmieni dalgħodu, hekk kif illejla jkun qed jixxandar id-dibattitu tal-Awtorita’ tax-Xandir bejn Adrian Delia u Joseph Muscat.
Skont Marco Cremona, li fil-passat kien anke indirizza attivita’ taħt it-tinda organizzata mill-Partit Laburista, din hija tattika ċara li “ħmieġ” li lest juża l-Prim Ministru.
“Dan jispjega għaliex Muscat ilu jiem sħaħ jappella biex in-nies jiġbru l-vot tagħhom, għaliex qed jalludi li fl-aħħar jiem tal-kampanja se jipprova jbiddillek il-ħsieb tiegħek”, b’referenza ċara għal dawn l-allegazzjonijiet maħmuġa li lest joħroġ fid-dibattitu tal-Awtorita’ tax-Xandir.
