Christian Pulisic kien preżentat bħala plejer ta’ Chelsea fi Stamford hekk kif l-istaġun tal-eks klabb ta’ Borussia Dortmund intemm is-Sibt li għadda. Chelsea kienu laħqu ftehim mal-klabb Ġermaniż fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar għal madwar €60 miljun.
Bil-futur ta’ Eden Hazard ma’ Chelsea aktar inċert, Pulisic qed jidher li jista’ jkun il-plejer li jkun sostitut denju tal-Belġjan, rwol li l-Amerikan ta’ 20 sena jemmen li jista’ jimla permezz ta’ ħidma iebsa.
Chelsea bħalissa qed jistennew l-appell mill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport kontra s-sospensjoni ta’ żewġ swieq tat-trasferimenti li kienet imposta mill-FIFA. Minħabba li t-trasferiment seħħ f’Jannar qabel is-sospensjoni kienet implimentata, Pulisic hu disponibbli li jilgħab ma’ Chelsea minħabba li l-klabb minn Londra kien bagħat il-plejer b’self mal-istess Borussia Dortmund sa tmiem l-istaġun.
Iż-żagħżugħ lagħab parti importanti ma’ Borussia Dortmund fuq in-naħa leminija, iżda fil-karriera tiegħu lagħab ukoll fuq ix-xellug. Pulisic se jsir il-ħames plejer Amerikan li bħalissa jkun qed jilgħab fil-Premier League.
//= $special ?>