Ir-rebbieħa Olimpika tal-għawm fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012 Ruta Meilutyte ħabbret li qed tirtira mill-isport wara li falliet tliet testijiet tad-doping. L-għawwiema ta’ 22 sena mil-Litwanja rebħet il-100 metru breaststroke fl-2012 meta kien għad kellha 15-il sena. L-eks champion tal-Ewropa u tad-Dinja kienet qed tissogra sospensjoni bejn sena u sentejn wara li refgħet ir-responsabbiltà talli falliet it-testijiet. Uffiċjali kontra d-doping ma rnexxielhomx jagħmlu kuntatt ma’ Meilutyte fi tliet okkażjonijiet separati fl-aħħar 13-il xahar.
Hi ammettiet li kienet qed tbati mid-dipressjoni fl-aħħar snin u fl-Olimpjadi ta’ Rio fl-2016 temmet fis-seba’ post fil-100 metru breaststoke wara li kisret il-minkeb fil-preparazzjoni tagħha. Minn dakinhar, Meilutyte ħalliet ir-Renju Unit u rritornat f’pajjiżha qabel marret l-Awstralja, it-Turkija u l-Istati Uniti. Issa se tkun qed tirritorna fl-edukazzjoni u tkompli b’karriera barra mill-isport. Meilutyte għad għandha r-rekord tad-dinja fil-100 metru breaststroke ta’ 1:02.36 li għamlet f’Ottubru 2013.
//= $special ?>