Kunsilli Lokali Lokali

Għajn Ekoloġika f’San Lawrenz li se tgħin fil-ġlieda kontra l-plastik

Dalgħodu l-Kunsill Lokali San Lawrenza inawgura Għajn Ekoloġika fil-Pjazza ta’ San Lawrenz biex permezz tagħha jkun jista’ jikkontribwixxi sabiex pajjiżna jiġġieled il-ħsara li jagħmel il-plastik.

Is-Sindku ta’ San Lawrenz, Noel Formosa, qal li dan il-proġett li huwa ko-finanzjat mill-Ministeru għal Għawdex ser iservi sabiex jipprovdi ilma tajjeb għax-xorb mingħajr il-bżonn li wieħed juża fliexken tal-plastik kull darba li jrid jixrob.

Din hija l-ewwel għajn tax-xorta tagħha f’pajjiżna li l-ilma tagħha qed jiġi ppurifikat biex ikun jista’ jinxtorob.