Ilaqlaq u jfarfar, il-Ministru tas-Sigurtà Nazzjonali ma jagħmel xejn ħlief
jilgħab bid-diskors u jirriffjuta li jġorr xi tip ta’ responsabbiltà politika
fid-dawl tal-każ taż-żewġ suldati akkużati bi qtil u dwar ir-rapport ta’
kundanna tal-Ombudsman dwar l-abbużi fl-Armata.
Net News staqsa lil Ministru min se jġorr ir-responsabiltà dwar dan u tul
l-intervista kollha ma kienx kapaċi jirrispondi u minflok għażel li
jfarfar.
Lil ministru staqsejnih darba darbtejn kif se jserraħ ras il-poplu Malti,
imma kull darba pprova jdawwar il-kliem.
Mhux talli ma riedx jirrispondi, talli pprova jdawwar diskors fuq
affarijiet m’għandhomx x’jaqsmu u saħansitra spiċċa jżeffen fin-nofs
l-Arċisqof.