“Irrid nibqa’ nisma’ lin-nies, nixtarr il-kummenti u dak li jgħiduli, biex jien inkun nista’ nirrapreżenta lill-poplu kif inhu hu xieraq”. Dan sostnih il-kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Michael Mercieca li wiegħed il-lealtà tiegħu lejn il-poplu Malti u Għawdxi f’attività mtella’ minnu l-Erbgħa filgħaxija.
Huwa tenna l-importanza li politiku jisma’ l-probemi ta’ kull persuna.
Minn naħa tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li Michael Mercieca ta kollox għal pajjiżna f’dan il-mument mill-iktar importanti; poġġa lil pajjiżna u lill-PN qabel kull interess personali tiegħu.
Fil-messaġġ li għadda f’din l-attivita’ l-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar il-kampanja negattiva tas-Soċjalisti f’Malta u nsista li mill-bidu sa tmiem Muscat irid li kollox idur miegħu.
Huwa qal li l-messaġġ tal-PN huwa l-għaqda; flimkien għal pajjiżna fl-Unjoni Ewropea.
Tul l-attività kien hemm numru ta’ kandidati għall-Kunsilli Lokali li lkoll qed jaħdmu biex ikun hemm rappreżentanza soda tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalità rispettiva tagħhom.
//= $special ?>