Mill-Oppożizzjoni qed nkunu pożittivi u propożitivi. Il-Partit Nazzjonalista irid jimxi magħkom u mal-ideat tagħkom – int min int u ġej minn fejn ġej.
Hekk sostnew il-Viċi Kapijiet tal-Partit Nazzjonalista, Robert Arrigo u David Agius waqt il-programm televiżiv Net Live, ftit minuti qabel ir-Rally tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Viċi Kap David Agius sostna li dan il-Gvern ħaqqu tbeżbiża, mhux il-Partit Nazzjonalista qed jgħidu dan iżda Laburisti ġenwini li sostnew li jridu jwasslu sinjal lil Partit Soċjalista l-għaliex ma jistgħux jibqgħu jkomplu għaddejjin b’din l-arroganza.
Il-Viċi Kap Robert Arrigo saħaq li dan mhux Gvern li qed jippjana iżda wieħed li jinsab f’paniku l-għaliex jagħmel kollox għall-vot. Huwa sostna li ġaladarba l-poplu jafda fil-Partit Nazzjonalista, mhux ser ikunu diżappuntati. F’dawn l-aħħar 18-il xahar, kompla Robert Arrigo, il-Partit Nazzjonalista resaq aktar qrib il-bdiewa, is-sajjieda, il-kaccaturi u nassaba u rridu nkomplu ntejbu ir-relazzjoni kontinwament.
David Agius mill-banda l-oħra saħaq li taħt Adrian Delia l-Partit Nazzjonalista ser ikompli jaħdem bħal ma’ għamel mal-Kapijiet preċedenti. Huwa insista li l-poplu nhar is-Sibt għandu deċiżjoni quddiemu; jew li jkollu Gvern b’poter assolut f’idejh, b’demokrazija mxekkla jew nkella Oppożizzjoni b’saħħitha – għalhekk hemm bżonn li kull wieħed u waħda minnha nivvotaw għal kandidati kollha Nazzjonalisti kemm għall-Parlament Ewropew kif ukoll għall-Kunsilli Lokali.
//= $special ?>

