Lokali

“Irridu nivvutaw lill-Kandidati kollha tal-PN” – Adrian Delia fl-Imġarr

Waqt attività organizzata mill-Kumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista tal-Imġarr il-Kap tal-PN Adrian Delia nsista biex kulħadd jibqa’ jikkonvinci lin-nies sal-aħħar, għaliex il-PN qed joffri l-politika tas-sewwa.

Fl-Imġarr Adrian Delia kellu laqgħa sabiħa fil-Każin tal-PN fejn appella biex l-Imġarrin jagħrfu s-sewwa u jivvutaw lill-kandidati kollha tal-PN għall-Kunsill Lokali, għax wara kollox kien il-PN li dejjem ġab riżultati pożittivi lejn din il-lokalità.

Tul l-attività kien hemm il-Kandidati għall-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali tas-Sibt li ġej.