Lokali

Kampanja pożittiva tal-Partit Nazzjonalista li kkuntrastat ma’ dik negattiva tal-Labour

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli, waqt intervent fuq il-programm Net Live qal li dawn l-elezzjoniijiet huma importanti, għaliex bihom se nibagħtu messaġġ importanti ta’ x’tip ta’ Malta rridu.

Clyde Puli qal li filwaqt li l-Partit Nazzjonalista għamel kampanja pożittiva, il-Partit Laburista għamel kampnajna ta’ tgħajjir u negattivita, fejn saħansitra reġgħet instemgħet l-għajta ta’ għajn għal għajn u sinna għal sinna.

Minn naħa l-oħra Clyde Puli tkellem dwar il-kampanja pożittiva tal-Partit Nazzjonalista u l-proposti għal dawn l-elezzjonijiet

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista qal li l-Partit Nazzjonalista tkellem dwar id-dritt tal-ħajja, in-negozji ż-żgħar, il-bdiewa u r-raħħala, il-Youtubers, l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ, il-pensjonanti, l-għoli tal-ħajja, il-kirjiet u il-kanċer.