Lokali

Kunsill li jaħdem għall-bżonnijiet ta’ kull zona

Waqt żjara li għamel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia f’San Ġwann, huwa irrikonoxxa x-xogħol siewi tal-Kunsill Lokali mmexxi minn maġġoranza Nazzjonalista li kkommetta ruħu li kull żona partikolari tal-lokalità tiġi mħarsa kif tistħoqqilha. Dan fost oħrajn permezz ta’ kumitati b’nies dedikati li jħarsu l-identità u l-bżonnijiet speċifiċi taż-żoni differenti.

Adrian Delia nnota, mill-ħwienet li dar, illi dawn qed ibagħtu minn nuqqas ta’ bejgħ.

B’dispjaċir Adrian Delia qal ukoll illi li kieku l-Gvern Ċentrali wera interess u kkoopera, il-ġnien ta’ Vjal ir-Riħan – faċċata l-Knisja ta’ San Ġwann – seta’ jiġi żviuppat b’mod aħjar.

Il-Gvern ilu żmien twil jittratieni u issa li l-Kunsill lokali, immexxi minn maġġoranza Nazzjonalista, intervjena, sar xogħol fil-ġnien u fl-aħħar ir-residenti u t-tfal ta’ San Ġwann reġgħu ngħataw lura dan il-ġnien pubbliku.

Preżenti flimkien mal-Kap tal-PN kien hemm is-Sindku, kandidati ghall-kunsill u tal-Parlament ewropew.