L-Ombudsman lest jinvestiga r-rapporti dwar ħlasijiet eċċessivi tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma ladarba l-konsumaturi jirrappurtaw il-każ huma stess mal-Uffiċċju tiegħu. Hekk żvela l-Kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew Michael Briguglio wara li kiteb personalment lill-Ombudsman dwar dan.
Briguglio qal li din hi rebħa kbira għall-konsumaturi wara li l-ebda awtorità oħra baqgħet ma ħadet l-ebda azzjoni. Il-Partit Nazzjonalista ilu x-xhur jirrapporta mijiet ta’ kontijiet li waslulu u li ħareġ ċar li l-konsumaturi kienu qed iħallsu ħafna aktar milli suppost.
Fix-xhur li għaddew, għadd kbir ta’ konsumaturi għamlu wkoll kuntatt mal-ARMS innifisha wara tnaqqis flil-kwota ta’ units li jingħataw lill-familji Maltin u Għawdxin. Iżda dawn ir-rapporti ġew injorati għalkollox, fosthom mill-ARMS, li qalet li din il-problema ma kinitx fil-ħila tagħhom iżda fil-ħila tal-Gvern.
//= $special ?>