Waqt attività organizzata mill-Kumitati Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista f’San Ġwann il-Kap tal-PN Adrian Delia nsista biex kulħadd jibqa’ jikkonvinci lin-nies sal-aħħar, għaliex il-PN qed joffri l-politika tas-sewwa.
Għalkemm f’nofs l-attività nqata d-dawl, dan ma naqqas xejn mill-entużjażmu tal-partitarji preżenti.
Il-Kap tal-PN qal li huwa importanti li f’San Ġwann in-nies jivvutaw lill-Kandidati kollha tal-Partit Nazzjonalista, għax huwa krucjali li titkompla l-ħidma li diġà beda il-Partit f’dan il-Kunsill.
