Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident li seħħ f’Ħal Qormi dalgħodu.
Ir-raġel ta’ 22 sena minn Ħal Qormi stess kien qed isuq mutur u ħabat trakk misjuq minn raġel ta’ 32 sena minn Ħal Qormi ukoll.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq il- Ħammieri.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-ambulanza li ħadet is-sewwieq tal-mutur lejn l-isptar Mater Dei. Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>