Internazzjonali

Theresa May tista’ tirriżenja fis-sigħat li ġejjin

Rapporti internazzjonalti speċjalment dawk tar-Renju Uniti ħarġu l-aħbar li Theresa May mistennija tirriżenja fis-sigħat li ġejjin wara li tilfet l-appoġġ fil-Partit Konservattiv u kif ukoll il-kollass ta’ Brexit.

F’dawn l-aħħar ġranet hija qalgħet kritika negattiva fil-pubbliku anki mill-aktar Membri Parlamentari leali tagħha, u kienu qed jinsistu biex tirriżenja mill-aktar fis.

Ilbieraħ uffiċjali viċin tagħha qalu li hija tilfet il-fiduċja fil-Partit u m’għandhiex ċans tgħaddi l-pjan ta’ Brexit mill-Parlament.