Lokali

Direttur ġdid għal Fondazzjoni Sebħ

Yvonne Mallia nħatret bħala d-direttur il-ġdid ta’ Fondazzjoni Sebħ mill-Arċisqof Charles Scicluna.

Fondazzjoni Sebħ hija l-għaqda mhux governattiva tal-Knisja f’Malta li tieħu ħsieb madwar 40 tifel u tifla f’kura residenzjali u toffrilhom ambjent sigur, ta’ mħabba u ta’ trobbija li jipprovdi għall-bżonnijiet tagħhom.

Il-fondazzjoni qiegħda tgħin ukoll 13-il familja li qegħdin jgħixu f’Dar Qalb ta’ Ġesù. Din id-dar hija xelter għall-vittmi tal-vjolenza domestika u toffrilhom sigurtà u tama għal futur aħjar. Fondazzjoni Sebħ tmexxi wkoll childcare centre u servizz ta’ ħidma soċjali fil-komunità fil-Ħamrun u l-Marsa.

Yvonne Mallia, hija social worker b’aktar minn 25 sena esperjenza u ser tkun qed tieħu post Andrew Azzopardi, li se jibqa’ fil-Bord tal-Amministrazzjoni u Kap tas-Safeguarding Commission tal-Knisja.