Internazzjonali

Franza: Midruba fi splużjoni ta’ pakkett-bomba, f’Lyon

Splużjoni ta’ pakkett-bomba li seħħet ftit ilu fil-belt ta’ Lyon ħalliet numru ta’ persuni midruba, fosthom tifla ta’ tmien snin.

Id-dettalji għadhom deħlin, waqt li l-President Franċiż, Emmanuel Macron, fl-ewwel kummenti, irrefera għal ‘attakk’ ġo post li kien iffullat bin-nies.

L-isplużjoni seħħet quddiem ħanut, fost rapporti li l-pakkett-bomba — li tħalla fi triq prinċipali — kien mimli bl-imsiemer u l-iskorfini. Filwaqt li għad mhemm xejn konkret, l-intenzjoni tal-aggressuri x’aktarx li kienet biex huma jikkaġunaw l-akbar sfreġju u każi ta’ feriment possibbli.

Is-servizzi għall-emerġenzi –inklużi pulizija u suldati — wieġbu mal-ewwel għall-emerġenza. Dan meta għadha għaddejja investigazzjoni fiz-zona, li l-aċċessi għaliha ngħalqu mill-pulizija