Internazzjonali Lokali

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May tirreżenja

Theresa May mistennija tieqaf mit-tmexxija fis-7 ta’ Ġunju li ġej. Dan sabiex tibda t-triq biex ikun deċiż Prim Ministru ġdid għar-Renju Unit.

Fi stqarrija emozzjonali fil-bini ta’ Downing Street May qalet li għamlet l-almu kollu tagħha sabiex tonora r-riżultat tar-referendum dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Hija żiedet tgħid li din se tibqa’ kwistjoni ta’ dispjaċir profond li hi ma setgħetx twassal lir-Renju Unit għal Brexit.