Lokali

Il-proġett tal-Balal mifni bl-iżbalji

Konfużjoni ta’ junctions, bike lanes perikolużi u sinjali tat-toroq nieqsa. Dawn huma fost 37 kwistjonijiet differenti indikati fejn jidhlu x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fit-triq Tal-Balal, bejn in-Naxxar u San Ġwann.

Il-proġett li se jiswa 4.4 miljun ewro, qed isir minn Infrastructure Malta u beda f’Awwissu li għadda mingħajr ebda permess… permess li mbagħad kien ħareġ f’Novembru.

Jidher li issa gew indikati diversi nuqqasijiet f’roundabout partikolari li tagħmel ma’ Triq Murray, fosthom konfużjoni fit-tqassim, intoppi pontenzjali fit-triq kif ukoll rekwiżiti ta’ avviżi u aċċess neqsin.

Trasnport Malta aċċennat ukoll il-fatt li l-bike lanes jistgħu jikkawżaw aċċidenti hekk kif il-korsija mhix wiesa’ biżżejjed biex takkomoda l-vettura flimkien mar-roti taċ-ċiklisti. Hemm ukoll diversi sinjali tat-traffiku neqsin f’postijiet kritiċi fothom sinjali direzzjonali u sinjali tal-limitu tal-veloċità.

Fir-roundabout direzzjoni għal San Ġwann m’hemmx dwal fit-triq, filwaqt li mhemm post sigur minn fejn jistgħu jaqsmu n-nies.

Ta’ min wieħed ifakkar li Infrastructure Malta kienet weħlet 42,000 ewro minħabba l-fatt li bdiet ix-xogħol qabel ma ħareġ il-permess. Meta l-applikazzjoni tax-xogħol kienet approvata f’Novembru, il-peremess kien ħareġ fuq il-kundizzjoni li jingħataw dettalji tal-pjanti fejn wara jiġu assessjati minn Transport Malta.