Sport Sport Ieħor

Justin Caruana Scicluna jikseb l-iskor perfett għat-12-il darba

Justin Caruana Scicluna  kompla jiddistingwi ruħu fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Malta TenPin Bowling Association. Apparti li ddomina tliet kategoriji, għat-tnax il-darba f’karriera ta’ 300 partita kiseb l-iskor perfett kif ukoll irnexxielu wkoll jagħmel l-ogħla punteġġ fuq tliet logħbiet kif ukoll l-ogħla medja ta’ punti.

Justin Caruana Scicluna li jagħmel parti minn team FINA fil-Kampjonat Nazzjonali, kiseb rekord nazzjonali ta’ 845. Huwa beda b’267 sakemm għadda għal skor perfett ta’ 300. Hu kien riesaq għal skor perfett ieħor, sakemm fl-għaxar frame ma laqatx id-disa’ punt biex għalaq b’278. B’hekk huwa sar l-ewwel plejer fl-istorja tat-TenPin bowling lokali li kiseb medja ta’ aktar minn 280 fi tliet partiti.