Internazzjonali

Space-X: Jittellgħu s-satelliti fl-ispazju għal titjib fil-konnessjonijiet mal-Internet

Il-kumpanija Space-X, li hi bbażata f’Kalifornja (fl-Istati Uniti), tellgħet fl-ispazju l-ewwel 60 satellita tal-internet fi proġett tal-broadband ġdid li jiswa l-multi-biljuni ta’ dollari.

Il-proġett jesiġi biex is-satelliti jduru mal-orbita tad-dinja u fl-aħħar sigħat rokit tat-tip Falcon-9 tela’ minn sit fi Florida, fejn kellu fuqu s-satelliti li kapaċi jipprovdu l-aktar konnessjonijiet effettivi mal-Internet għall-abbonaturi.

Il-kumpanija Space-X, li l-proprjetarju tagħha hu l-imprenditur Elon Musk, qed taħseb biex, ‘il quddiem, ittella l-eluf tal-vetturi spazjali biex jappoġġjaw in-network ambizzjuż bl-isem Starlink.

Dan meta l-proġett hu intiż biex, fuq kollox, jimminimizza d-dawmien u l-intoppi fil-konnessjonijiet tal-Internet.