RITRATTI: 216-il immigrant jiddaħlu f’Haywharf

Xatt it-Tiben – il-hin, it-7.45am tas-Sibt filgħodu – fuq zewg patrolboats iddahlu 216 immigrant.

L-immigranti ittellghu mill-bahar ftit ‘il barra minn Lampedusa wara hidma mill-patrol boats Maltin P52 u P21.

Jidher illi kien l-ajruplan Sophia illi sab id-dinghy li fuqu kien hemm l-immigranti, madwar 47 mil nawtiku fix-Xlokk ta’ Lampedusa… fl-ibħra tat-tiftix u salvataġġ ta’ Malta.

Il-ġurnal Taljan La Repubblica rrapporta li d-dinghy kien mgħejjun minn bastiment merkantili bl-isem Saint Peter li jtajjar bandiera tal-Bahamas.

Mil-216 immigrant li ddahhlu f’pajjizna, 10 minnhom kienu nisa; waħda minnhom tqila. Kien hemm 134 rġiel u 72 minuri.

Il-bicca l-kbira tal-immigranti li ddahhlu Malta huma mis-Sudan. Kien hemm ukoll immigranti ġejjien minn Niġerija, Għana, Chad, Libya, Somalya, Mali, Eġittu, Sirja, Erithrea kif ukoll l-Ethiopia.Wara li tnizzlu f’Xatt it-Tiben, l-immigranti ġew eżaminati minn tabib u ghaddew f’idejn l-unità tal-immigrazzjoni tal-pulizija.