Għalqu fl-10pm l-postijiet tal-votazzjoni madwar il-gżejjer Maltin biex b’hekk mal-ewwel beda l-proċess tat-trasferiment tal-kaxxi tal-voti lejn iċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.
Il-kaxxi tal-voti taċ-ċentri tal-votazzjoni l-eqreb tan-Naxxar huma l-ewwel li mistennija jaslu fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti, b’dawk ġejjin minn inħawi aktar ‘il-bogħod, fosthom il-kaxxi mill-gżira Għawdxija, jaslu n-Naxxar aktar tard mal-lejl.
Skont ċifri uffiċċjali tal-Kummissjoni Elettorali, sas-2pm ħarġu jivvutaw 32% tal-elettorat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew filwaqt li t-turnout sas-2pm għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali kienet ta’ 27.6%.
Din kienet elezzjoni tal-Parlament Ewropew li fiha għall-ewwel darba vvutaw żgħażagħ ta’ 16 u 17-il sena.
Kienet ukoll l-ewwel darba f’elezzjoni fejn qed jintużaw kaxxi tal-voti ġodda; tal-plastik u aktar faċli biex jinġarru.
Apparti minn hekk, hi elezzjoni li fiha għall-ewwel darba f’pajjiżna se nużaw sistema elettronika biex jingħaddu l-voti, għalkemm xorta se jkun hemm analiżi manwali ta’ kull polza tal-vot.
Għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew biss, kien hemm total ta’ 831 kaxxa tal-voti. Minn dawn, 63 kaxxa ġejjin minn Għawdex.
Għall-ewwel darba f’pajjiżna se nużaw sistema elettronika biex jingħaddu l-voti, għalkemm xorta se jkun hemm analiżi mannwali ta’ kull polza tal-vot.
Kienet ukoll l-ewwel darba li fil-postijiet tal-votazzjoni ntużaw kaxxi tal-plastik li ssawru apposta biex jintużaw fl-elezzjonijiet. Dan bla dubju qiegħed jgħin fil-proċess tat-trasferiment tal-kaxxi lejn iċ-Ċentru tal-Ghadd tal-Voti. Għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew biss, hawn total ta’ 831 kaxxa tal-voti, 63 minnhom minn Għawdex.
//= $special ?>