Il-Pulizija Franċiża għaddejja bi tfittxija ta’ raġel li qed jiġi suspettat li poġġa l-pakkett bomba quddiem forn tal-ħobż f’Lyon, fejn ndarbu xejn inqas minn tlettax-il persuna.
L-isplużjoni seħħet quddiem il-ħanut fi triq frekwentata minn bosta fil-qalba tal-belt Franċiża.
Fost il-midruba hemm ukoll tifla ċkejkna ta’ 8 snin, madanakollu fortunatament jidher li ġarbet biss ġrieħi ħfief.
Sadanittant il-Pulizija ppublikaw ritratt tas-suspettat jiġri fuq rota – ritratt meħud minn fuq il-kameras tas-sigurtà li sfortunatament mhux daqshekk ta’ kwalità tajba.
Attakki terroristi simili qatlu aktar minn 250 persuna fi Franza mill-2015 ‘l hawn u għaldaqstant il-pajjiż ilu fuq allerta massima għal dawn l-aħħar 4 snin – inkluża il-belt ta’ Lyon.



