Lokali Qorti

Is-sieħba tiegħu titlob li jkun liberat

Il-mara trid li l-problemi ta' bejniethom ikunu solvuti barra l-Qorti

Raġel tressaq b’arrest wara li mara rraportat li uża l-vjolenza domestika fuqha.

Ir-raġel jgħix fl-appartament mal-mara, bl-appartament huwa reġistrat fuq il-mara

Il-mara fix-xhieda tagħha talbet biex l-ebda azzjonijiet ma jittieħdu kontrih hekk kif “hu pilastru f’ħajjitha” u tixtieq li l-problemi ta’ bejniethom ikunu solvuti barra mill-Qorti.

Il-Qorti lliberat lill-imputat b’garanzija ta’ €2,000 fuq sena jekk jerġa’ jinfetaħ każ ieħor f’dan ir-rigward.

Fil-Qorti ntalab biex l-ismijiet ma jixxandrux, bil-kawża tmexxiet mill-Maġistrat Joe Mifsud.

Tags