Lokali

Jaslu l-kaxxi tal-voti fin-Naxxar

Net TV b'xandiriet diretti tul il-lejl kollu

Għall-ħabta tal-11pm, u allura madwar siegħa wara li għalqu l-postijiet tal-votazzjoni, bdew jaslu fin-Naxxar il-kaxxi tal-voti li fihom inxteħtu l-preferenzi tal-votanti għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli u l-Parlament Ewropew.

Fuq in-naħa ta’ ġewwa taċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar bdew jinfetħu wkoll il-kaxxi tal-early voting u dawk tal-votazzjonijiet l-oħra ta’ matul il-ġimgħa.

Il-proċess jidher li miexi b’mod normali.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.