Lokali

Jivvota l-Kap tal-PN Adrian Delia

Il-votazzjoni tagħlaq fl-10pm

Għall-ħabta tad-9am fis-Siġġiewi vvota l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

Hu xeħet il-vot tiegħu kemm għall-Parlament Ewropew kif ukoll għall-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi.

Il-Kap tal-PN kien fil-fatt l-ewwel wieħed mill-mexxejja politiċi li xeħet il-voti tiegħu. Aktar tard, ivvotaw ukoll il-President ta’ Malta George Vella kif ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Il-votazzjoni fetħet fis-7am u tagħlaq fl-10pm.