Internazzjonali

Jiżbroffa l-Vulkan Mount Agung f’Bali

L-ajruport ta’ Bali fl-Indoneżja kkanċella kull titjira minn u lejn il-mitjar wara li Mount Agung żbroffa bil-konsegwenza li firex kwantita kbira ta’ irmied fuq in-nofsinhar tal-gżira Indoneżjana.

L-Aġenzija tad-diżastri nazzjonali tal-pajjiż spjegaw li l-każ seħħ il-Ġimgħa filgħaxija u dam madwar erbgħa minuti u tletin sekonda – bil-konsegwenza li nxtered lava u ġebel jikwu sa tlett kilometri ‘l bogħod mill-krateri.

Disa’ villaġġi spiċċaw mgħottija minn irmied qawwija madanakollu l-aġenzija s’issa ma dehrux allarmati. Intant, erba’ titjiriet ġew devjati filwaqt li ħamsa oħra ‘il barra mill-gżira ġew kkanċellati – kawża proprju tal-irmied.

Agung reġa’ ġie attiv lura fl-2017 wara aktar minn nofs ċentinarju rieqed.

Agung became active again in 2017 after more than a half century of slumber following a major eruption in 1963.