Lokali

“Qed jibżgħu joħorġu mid-dar”

Ħarġa għal siegħa Quddies għal żewġ anzjani spiċċat biex ħalliethom imbeżża’ milli joħorġu minn darhom.

Dan hekk kif ġimgħa ilu, koppja anzjana sfaw misruqa u attakkati f’Tas-Sliema minn persuna mhux magħrufa. Din hi realtà li diversi anzjani tal-età tagħhom qed jesperjenzaw ta’ kuljum – serqa li ma saritx matul il-lejl, iżda matul il-ġurnata.

Il-koppja tkelmet mal-gazzetta Times of Malta, li qalet li bil-biża’ ma xtaqux li isimhom joħroġ fil-pubbliku. Huma saħqu li l-aggressur mar fuq il-koppja anzjana u ġibet il-ġiżirana minn ma’ għonq l-anzjana, ta’ 87 sena. Żewġha, ta’ 91 sena, ipprova jwaqqfu, iżda l-aggressur qabad itih bil-ponn, tant li waqqgħu minn fuq il-bankina.

Jidher li l-aggressur ħarab ‘il bogħod mill-vittmi, iżda rritorna jhedded lill-anzjana x’ħin semagħha tgħajjat għall-għajjut.

L-anzjani saħqu li minħabba l-biża’ milli joħorġu minn djarhom, huma lanqas qed jagħmlu l-qadi ta’ kuljum. Dan qed iwassal biex diversi ġirien u sidien ta’ ħwienet fil-qrib qed iwasslulhom ħdejn djarhom stess il-bżonnijiet li jkollhom.

L-anzjana qalet li wara dan l-attakk, mhix tħossha sigura f’pajjiżha stess, hekk kif tħoss li tmur fejn tmur f’Malta tkun fil-periklu.