Lokali

Raġel jaqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni

Marokkin ta’ 46 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Burmarrad, in-Naxxar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax neqsin għaxra ta’ dalgħodu. Jirriżulta li r-raġel kien wieħed mill-ħaddiema fl-istess sit.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.